– Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius
Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li dan il-mument jeħtieġ azzjoni straordinarja fil-Korp tal-Pulizija u għalhekk il-Gvern għandu jaċċetta l-proposta tal-Oppożizzjoni li l-Kummissarju tal-Pulizija jkun maqbul biż-żewġ naħat tal-Kamra.
Id-deputat Nazzjonalista David Agius qal li taħt gvern Laburista ċertu istituzzjonijiet dejjem jaqgħu taħt idejn il-gvern bla kontroll tal-prijoritajiet demokratiċi. Hu rrifera għal dak li seħħ fit-Taqsima tat-Traffiku u taqsimiet oħra fl-aħħar ġimgħat u qal li kellha tkun il-media li żvelat dawn il-każi għaliex dawn il-każi inħbew.
Il-Viċi-Kap tal-PN qal li għandu jkun hemm kunsiderazzjoni dwar kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija. Il-Gvern irid li jibqa’ jkollu l-Kummissarju taħt idejh u għalhek il-PN jisħaq li l-proposti tal-gvern ma jaqblux mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni Venezja li qed tipproponi li din il-ħatra issr minn istituzzjoni lil hinn mill-politika jew minn politiku partikolari.
Għalhekk il-PN qed jitlob li l-Kummissarju tal-Pulizija jinħatar b’żewġ terzi għaliex is-sitwazzjoni straordinarja attwali tesiġi azzjonijiet straordinarji u għaliex il-Korp tal-Pulizija hu staġnat quddiem diversi każi.
Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li hemm każi kbar ta’ korruzzjoni li ma kienux investigati. Il-Korp jinstab staġnat quddiem l-iskandli ta’ korruzzjoni u ta’ diversi esponenti tal-PL fosthom ex-Segretarju Ġenerali tal-PL li dwarhom ma ttieħdux passi u quddiem ir-rapporti tal-FIAU. Il-poplu għadu jħoss li l-Korp tal-Pulizija qed jingħata fiduċja għaliex fil-Korp hemm nies ta’ rieda tajba. Fit-tmexxija tal-Korp hemm min ra l-korruzzjoni u m’għamel xejn.
David Agius qal li r-riżenji mill-Korp huma provi ta’ dan kollu. Hu staqsa kif il-Ministeru għall-Intern aċċetta riżenji meta dawn qed jiġi akkużati b’abbiżi fil-Korp u bi ksur tal-liġi. Hu staqsa jekk dan sarx biex ma jintilfux il-pensjonijiet; kellhom jitkeċċew jew jirriżenjaw?
Il-Kummissarju għandu jkollu r-rispett lejn il-Kostituzzjoni, l-ordni u l-ġustizzja. Il-gvern għandu jibgħat messaġġ ċar li dak li ġara ħażin fil-passat ma jirrepetix llu nnifsu iżda tittieħed l-azzjoni konkreta biex ħadd ma jħossu ‘l fuq mill-liġi u biex il-Korp jitnaddaf minn min qed jagħmillu l-ħsara.
Dan jista’ jsir biss jekk il-Kummissarju jkollu l-appoġġ taż-żewġ terzi. Din hi opportunità li Malta tibgħat messaġġ fl-Ewropa li tista’ tagħmel l-affarijiet sew. Din hi ħatra li turi xi gvern għandu l-poplu; jekk hux gvern ta’ kontinwazzjoni jew jekk il-gvern iridx jerġa’ jġib lil Malta fil-livell ta’ tmexxija ta’ gvern Nazzjonalista b’serjetà fil-Korp.
L-Oppożizzjni qed tffori l-id tal-irġulija għall-ġid tal-pajjiż, sostna David Agius, li kompla li l-PN qed toħroġ idejha biex ma jibqgħux jinsterqu l-familji bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u f’diversi każi oħra. Hu semma l-mod kif il-gvern qed jgħaddi b’gaffa minn fuq il-bdiewa tal-Magħtab u ta’ Ħ’Attard.
Il-bdiewa tal-Magħtab qed isostnu li mhu veru kienu konsultati dwar il-pjani tal-gvern. Hu appella lill-Prim Ministru Abela biex imur jitkellem mal-bdiewa li ħadulom l-art fil-proġett tas-Central Link u jmur fl-Isptar San Luqa biex jara l-abbandun li hemm.
//= $special ?>