– Chris Said, PN
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said appella biex il-gvern ma jġibx sitwazzjoni li fiha l-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid ma jkollux l-appoġġ ta’ żewġ terzi tal-parlament.
Fil-parlament d-deputat Chris Said qal li l-Korp qatt ma kien demolarizzat kif inhu llum u qatt qabel ma kellu sitt kummissarju f’sitt snin. Dan filwaqt li l-Korp tilef il-fiduċja internazzjonalment. Hu fakkar li fi żmien gvern Nazzjonalista kien hemm Kummissarju tal-Pulizija li kellu l-fiduċja taż-żewġ naħat iżda gvern Laburista neħħieh mill-ewwel propju minħabba li kien persuna serja u fdata.
Chris Said kompla li kien fl-2013 li bdew isiru l-oxxenitajiet b’mod qawwi u sostna li l-prim ministru xorta se jibqgħalu l-poter li jneħħi lill-Kummissarju tal-Pulizija meta jrid. Mhux veru li l-Kummissjoni Venezja ġiet fuq talba tal-gvern għaliex it-talba diġà kienet saret u l-gvern għamel biss talba wara li sar jaf li kienet il-Kummissjoni li għamlet it-talba orġinali.
Hi gidba li jingħad li l-gvern qed jimxi skont il-Kummissjoni Venezja, sostna Chris Said, li sfida lill-gvern beix jibgħat il-proposta tal-gvern u tal-Oppożizzjoni quddiem il-Kummissjoni Venezja biex jara liem hi l-iktar proposta li hi viċin il-proposta tal-Kummissjoni Venezja. Fi żmien Gvern Nazzjonalista l-Kummissjoni Venezja ma kellhiex għalxiex tiġi Malta.
Il-Korp hu demolarizzat u qed jitlef il-fiduċja tan-nies, sostna Chris Said, li kompla li l-Kummissjoni Venezja riedet li l-prim ministru ma jkollux x’jaqsam mal-ħatra u t-neħħija tal-Kummissarju tal-Pulizja. Din hi sitwazzjoni prekarja u bla preċedent li fiha l-gvern qed jibqa’ għaddej romblu u gaffa biex mingħalih jikkwieta l-organizzazzjonijiet internazzjonali li qed jagħmlu pressjni fuq il-gvern.
Chris Said qal li l-Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali nħartu b’żewġ terzi u qatt ma kien hemm problemi biex jinstabu l-persuna u dejjem kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat. Dan seħħ ukoll fil-kariga tal-Ombudsman. Id-deputat Nazzjonalista kompla li anki d-Dekan tal-Università l-Professur Kevin Aquilina ndika li dawn il-bidliet mhux se jkollhom l-effetti neċessarji. Dan filwaqt li l-proċess tal-għażla tal-Kummissarju mhu trasparenti xejn.
Hu tkellem dwar il-mod kif jitneħħa l-Kummissarju tal-Pulizija u qal li se jkun il-Prim Ministru li se jkollu d-dritt li jneħħi lill-Kummissarju; għalhekk mhu se jinbidel xejn! Dan ikkonfermah ukolll-Imħallef Emeritus Giovanni Bonello.
Chris Said qal li l-gvern ma kienx kapaċi jippreżnta liġi li fiha tinkludi l-proposti tal-Kummissjoni Venezja minkejja l-wegħda li kien għamel il-Ministru Owen Bonnici. Il-gvern qed iressaq biss dak li jrid hu fil-parlament fosthom il-persons of trust, il-karigi lid-deputati Laburisti u l-promozzjonijiet waqt kampanja elettorali.
Hu qlka l l-kriminalita ħdied bi 15% bejn l-2018 u l-2019 f’Għawdex galiex hemm l-għases kollha magħluqin, hemm 30 pulizija inqas, hemm dimotivazzjoni, m’hemmx maġġur tal-pulizija. Hemm ukoll rapporti dwar kif qed isir id-detailing f’Għawdex u staqsa għaliex il-ministri għal Għawdex ma niżżlux maġġur tal-pulizija f’Għawdex.
//= $special ?>