– Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li l-proposta tal-PN hi l-aktar metodu effettiv għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija
Fil-parlament Karl Gouder sellem lill-familja li f’dan il-mument għandha l-omm mirduma taħt il-fdalijiet tad-dar li kkrollat f’Santa Venera u appella biex jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex qatt ma jerġa’ jkun hawn każ bħal dan.
Il-PN jrid jara Korp tal-Pulizija li jixraq lill-pajjiż, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fil-pajjiż irid ikun hawn is-separazzjoni neċessarja tal-poteri bi strutturi li jaħdmu kif suppost. Fil-pajjiż l-impunità għolliet rasha u issa l-pajjiż qed jaħsad dak li nżera’.
Il-gvern issa nduna li l-Oppożizzjoni kellha raġun u li l-kritika tagħha ma kienitx biex tkun negattiva iżda għaliex fil-pajjiż seta’ jinħoloq l-inkwiet. Il-PN jemmen fis-separazzjoni tas-saħħa tal-Kummissarju tal-Pulizija min dik tal-Gvern. Kull kumitat involut fil-proċess tal-għażla tal-Kummissarju għandu maġġoranza tal-Gvern. Il-proposta tal-PN hi l-aktar metodu li jaħdem fil-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija.
//= $special ?>