L-Assoċċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA, issospendiet membru tagħha wara l-inċident li seħħ aktar kmieni waranofsinhar fil-Ħamrun, fejn iġġarrfu żewġ binjiet. Il-membru sospiż huwa investitur fil-proġett li qed isir biswit il-binjiet li ġġarrfu.
Fi stqarrija li għamlet l-Assoċċjazzjoni, hija esprimiet ix-xokk u t-tħassib tagħha għal dan l-inċident u qalet li qed tieħu l-miżuri neċessarji biex tgħin f’din is-sitwazzjoni.
L-MDA qalet li mingħajr ma tidħol fil-merti ta’ dan il-każ, tħoss li s-sopensjoni tal-membru tagħha kien pass fid-direzzjoni t-tajba. Dan filwaqt li tibgħat messaġġ ta’ tolleranza zero. Id-deċiżjoni tal-assoċċjazzjoni tista tiġi riveduta skont il-fatti li joħorġu.
Intant, l-MDA offriet ukoll kenn temporanju lill-vittmi innoċenti tal-inċident tal-llum, u se tkompli ssegwi l-iżviluppi u tassisti lil dawk involut.
//= $special ?>