Internazzjonali

L-aħħar statistika u żviluppi marbutin mal-coronavirus…

■ In-numru tal-imwiet mill-coronavirus madwar id-dinja issa qabżu t-3,000.

■ ’Il fuq minn disgħin fil-mija tal-mejtin mill-infezzjoni jinsabu f’Hubei, fiċ-Ċina, għalkemm kienu kkonfermati wkoll l-imwiet mill-virus f’għaxar pajjiżi oħra.

■ Il-Korea t’Isfel irrappurtat kważi 500 każi ġodda tal-coronavirus (total ta’ 4,212), bl-imwiet sussegwenti jitilgħu għal 26.

■ L-Indoneżja, l-Iżlanda, il-Portugall, l-Armenja u l-Andorra kollha kkonfermaw l-ewwel każi tal-coronavirus.

■ L-Awstralja tikkonferma l-ewwel każ dirett ta’ trasmissjoni tal-coronavirus ‘minn persuna għall-oħra’.

■ Il-kurrikulu edukattiv jinsab sospiż f’numru li qed jiżdied ta’ skejjel u universitajiet madwar id-dinja u fejn il-potenzjal ta’ infezzjoni qed jitqies bħala ‘sinifikanti’.

■ Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, laqqa’ b’urġenza il-Kumitat (tal-Gvern) Cobra, li jitratta sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u fejn kienu analizzati l-aħħar żviluppi tal-coronavirus. Il-Gvern Britanniku, illum, iħabbar il-pjani tiegħu biex jipprova jrażżan l-infezzjonijiet, b’Johnson jammetti li l-virus irid jitqies bħala problema li għandha ssir ‘dejjem aktar urġenti’ għal pajjiżu fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.

■ L-Ekwador ikkonferma ħames każi ‘addizzjonali’ tal-coronavirus f’artu, bl-ammont tal-infettati fl-Istat Latin Amerikan issa jitilgħu għal sitta.

■ Kienet anki konfermata l-ewwel każ tal-coronavirus fil-kapitali Taljana, Ruma, u li jinvolvi pulizija li ħareġ ‘pożittiv’ mit-testijiet dovuti. F’dan il-każ kien hemm ukoll konferma tar-‘rabta epidemjoloġika’ mar-reġun tal-Lombardija fejn feġġew l-akbar numru tal-infezzjonijiet fl-Italja.