“F’dan il-mument iebes, nesprimi l-akbar solidarjetà mal-familja affettwata b’din it-traġedja”. Sostna dan Adrian Delia wara li żar is-sit tat-traġedja f’Santa Venera fejn membri tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa għaddejjin bit-tfittxija sabiex tinstab il-mara li nqabdet f’bini li ġġarraf.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mar fuq il-post tal-inċident fejn tkellem mal-familjari tal-mara.
Il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li jinnnotta li inċidenti bħal dan qed jiġru spiss f’pajjiżna, jgħid li għalissa kull attenzjoni trid tmur biss fuq l-isforzi li qed isiru biex tinstab il-persuna li hemm maqbuda qalb it-tifrik.



