Lokali Parlament

Opportunità unika kaġun taċ-ċirkostanzi li ħoloq il-gvern Laburista

– Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ħtra ta’ Kummissarju tal-Pulizija ġdid hi opportunità unika kaġun taċ-ċirkostanzi li ħoloq il-gvern Laburista; il-gvern għandu obbligu li juża’ din l-opportunità biex tinstab l-aqwa persuna bi qbil.

Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Mifsud Bonnici qal li l-gvern Laburista wiret persuna seju bħala Kummissarju tal-Pulizija waqt li l-kummissarji maħtura mill-gvern Laburista kelhom diffikultajiet biex jiffunzjonaw.

Il-proposta għandha tiċċentra f’sitwazzjoni tal-korp fejn is-sitwazzjoni hi waħda diffiċli anki b’investigazzjoni fuq numru kbir ta’ pulizija. Ir-responsabbiltà hi tal-gvern Laburista li ma poġġiex persuni ideoni bħala Kummissarju tal-Pulizija waqt li neħħa lil min kien qed iwettaq. Il-pajjiż għandu bżonn rimedju effettiv u ħatra ta’ Kummissarju ta’ Pulizija li tkun fl-interess nazzjonali.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-essenzjalità tal-kunsens u spjega kif il-Korp tal-Pulizija mhux dipartiment tal-gvrn iżda korp dixxiplinat li jirrikjedi persuna fit-tmexxija li tieħu l-passi kriminali anki kontra dawk li jidhru li huma ikbar minnu.

Il-gvern mhux qed jagħmel din is-sistema b’saħħitha u qed jissogra li jkollu lil xi ħadd li ma jagwdix il-fiduċja taż-żewġ naħat u li ma jħossx li għandu s-saħħa li jieħu l-passi kriminali fejn meħtieġ.

Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar il-proċess tal-għażla u qal li dan mhux faċli. Il-Kummissarju tal-Pulizija hu gwardjan tal-kostituzzjoni, tad-drittijiet tal-bniedem u li jipproteġi lil dawk li huma l-iktar vulenrabbli tas-soċjetà.

Il-Kummissarju jrid ikollu s-sens tal-Istat u rettitudni morali u li hu qed jiġġieled biex iżomm l-istat b’saħħtu; liġi ugwali għal kulħadd għal b’hekk kun hemm l-ordni fis-soċjetà. Il-Kummissarju m’għandu jċedi għall-ebda forma ta’ rikatt. Illum hemm forza ta’ kriminalità organizzata li tista’ tkompli tnawwar persuni importanti.

Għandna l-opportunità li nbidlu l-affarijiet, li nġibu fiduċja fis-sistemi, fis-saltan tad-dirtt u fil-membri tal-Korp tal-Pulizija, sostna Carm Mifsud Bonnici. Il-livelli fil-Korp tal-Pulizija wara John Rizzo bdew neżlin biċċa biċċa, spjega Carm Mifsud Bonnici, li staqsa kif ħadd fil-gvern Laburista ma nduna li l-Korp tal-Pulizija għandu bżonn bidliet kbar.

Hu qal li mkien fid-dinja ma nbidlu sitt kummissarju u erba’ ministri tal-gvern u mkien ma jkun hemm sezzjoni tal-pulizija li tkun imnawra kif għandu l-pulizija bħalissa.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li imkien fid-dinja, l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku m’għandha esperjenza biex taħtar Kummissarju tal-Pulizija waqt li l-Kumitat Parlamentari li se jagħżel il-Kummissarju tal-Pulizija għandu bżonn ferm iktar minn proċeduri li ma jiggarantux is-sistema.

Issa hu l-mument li jkun assigurat li jkun hawn mekkaniżmi għad-demokrazija. Din hi opportunità unika li ġiet minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li l-gvern ta’ Joseph Muscat ġab lill-pajjiż fih. Nappella biex il-gvern ma jibqax idaħħal rasu fir-ramel quddiem din il-problema u biex il-prim ministru jiddjaloga mal-Oppożizzjoni biex tinstab persuna li fuqha jkun hemm qbil, sostna d-deputat Nazzjonalista.