Lokali

FILMAT: Mara maqbuda fit-tifrik ta’ binja li ġġarrfet fil-Ħamrun

Net News jista jikkonferma li hemm mara maqbuda fit-tifrik ta’ binja li ġġarrfet fi Triq Joseph Abela Scolaro, wara l-Knisja ta’ Sanata Venera.

It-tiġrif seħħ fl-aħħar ħin u fil-post hemm għadd ta’ pulizija tar-Rapid Intervention Unit flimkien ma’ membri tal-protezzjoni ċivili.

Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal biex iġġarraf il-bini.

Membri tal-pubbliku qed jinżammu lura milli jidħlu fit-triq li ġiet magħluqa għall-karozzi.

Persuni li kienu fiz-zona fil-ħin tat-tiġrif iddeskrivew ħoss qawwi ħafna u daħna kbira mal-waqa’ tal-binja.

Jidher li biswit il-binja kien għaddej xogħol ta’ skavar sa ftit qabel l-inċident.

Dan l-inċident hu l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu għal din is-sena, wara li tul l-2019 rajna għadd ta’ inċidenti simili li ħallew diversi persuni mingħajr saqaf fuq rashom u li sa issa għadhom ma rritornawx lura fi djarhom.