Dominic Thiem tela’ għall-ewwel darba mal-aqwa tlieta tad-dinja fir-rankings li ġew aġġornati mill-ATP. Dan wara l-bidu b’saħħtu li kellu għal dan l-istaġun hekk kif wasal sal-finali tal-Open tal-Awstralja.
Roger Federer niżel fir-raba’ post wara li l-veteran flimkien ma’ Rafael Nadal u Novak Djokovic kienu ilhom fl-ewwel tliet postijiet minn Mejju tas-sena l-oħra. Thiem ġej minn sena pożittiva b’rebħ ta’ titli f’Beijing, Vjenna u l-Indian Wells filwaqt li f’Novembru wasal sal-finali tal-ATP Finals.
Fl-Open tal-Awstralja f’Jannar li għadda, Thiem elimina lil Rafael Nadal mal-aħħar tmienja u lil Alexander Zverev fis-semifinali. Hu anki kellu prestazzjoni tajba fil-finali u f’mument minnhom kien il-favorit li jirbaħ.
Federer niżel fir-raba’ post wara li tilef it-titlu f’Dubai li mmarkat il-100 rebħa fit-tournament fl-istaġun 2019. L-Iżvizzeru ta’ 38 sena mistenni jitlef ix-xhur li ġejjin wara operazzjoni fl-irkoppa. Djokovic baqa’ fil-quċċata wara li l-ġimgħa l-oħra rebaħ f’Dubai kontra Stefanos Tsitsipas.
//= $special ?>