Lokali

AĠĠORNATA: Jitilgħu għal sitta l-persuni arrestati b’rabta mal-inċident fil-Ħamrun

Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest erba’ persuni b’rabta mal-inċident li seħħ il-bieraħ fejn Miriam Pace ta’ 54 sena residenti l-Ħamrun tilfet ħajjitha wara li ċeda bini fi Triq Joseph Abela Scolaro, il-Ħamrun.

Dawk arrestati huma s-Site Technical Officer, il-Perit tal-proġett u żewġ ħaddiema. Fi stqarrija il-Pulizija qalet li l-erba’ persuni qed jiġu mitkellma mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun.

Apparti dawn l-erba’ persuni, aktar tard il-Pulizija arrestat ukoll żewġ persuni oħra li huma l-kuntratturi mqabbdin mill-iżviluppatur responsabbli mill-proġett.