Internazzjonali

Coronavirus: Il-ħaddiema ta’ Twitter mitluba jaħdmu mid-dar

Il-kumpanija ta’ Twitter qalet lill-impjegati tagħha biex jaħdmu mid-dar biex jgħinu fil-waqfien tat-tixrid tal-coronavirus.

Fi blog post, il-ġgant tal-midja soċjali qalet li kien obbligatorju li l-ħaddiema tagħha f’Hong Kong, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel jaħdmu minn djarhom.

Il-kumpanija qalet ukoll li kienet qed “tħeġġeġ ħafna” lill-5,000 impjegat tagħha madwar id-dinja biex ma jidħlux għax-xogħol, u jaħdmu mid-dar.

Twitter ipprojbiet ukoll l-ivvjaġġar u l-avvenimenti kollha li mhux essenzjali għan-negozju. Dan kollu għamlitu bl-istess għan.

Tags