Lokali

Il-For.U.M. jappella biex tintrefa’ r-responsabbiltà

Il-Forum Unions Maltin innota b’dispjaċir id-diżgrazzja li seħħet ilbieraħ f’Santa Venera fejn ċittadina Maltija tilfet ħajjitha intortament fil-kwiet ta’ darha.

Il-Forum permezz ta’ stqarrija qal li se jeżiġi li l-awtoritajiet jieħdu passi konkreti biex inċidenti bħal dawn ma jseħħu qatt aktar f’pajjiżna filwaqt li tintrefa’ r-responsabbiltà ta’ min kien il-kaġun ta’ din id-diżgrazzja. Barra minn hekk, il-For.U.M. talab li minnufih jiġi sospiż l-avviż legali sabiex tiġi reveduta l-proċedura kollha bis-sehem tal-imsieħba kollha involuti. Dan fid-dawl ta’ passi li suppost ittieħdu xhur ilu sabiex diżgrazzja bħal din ma sseħħx.

Il-For.U.M. kompla li se jaħdem biex iressaq dan kollu fil-laqgħa li għandha mal-Prim Ministru fil-jiem li ġejjin.

Il-Forum Unions Maltin tingħaqad mal-poplu Malti u Għawdxi fil-kondoljanzi għall-familja tal-vittma. Dan filwaqt li tħeġġeġ lill-Gvern sabiex joffri l-għajnuna kollha bla riservi u bla dewmien lil kull min ġie effettwat.

Tags