Lokali

L-Ispeaker jilqa’ t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Wara li saret pressjoni mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sabiex tiġi sospiża l-aġenda tal-Parlament, fi stqarrija l-Ispeaker saħaq li ntlaħaq ftehim li fis-seduta tal-lejla li se tibda fl-4, minnufih wara l-konferma tal-minuti, il-Kamra se tgħaddi mill-ewwel għat-tqegħid tal-karti.

Dan ifisser li l-mistoqsijiet mhux se jkunu qed jittieħdu u jsiru biss stqarrijiet mill-Prim Ministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni f’ordni li jiġi verbalizzat fil-bidu tas-Seduta. 

Minnufih wara, il-Kamra se tiġi aġġornata b’sinjal ta’ rispett għal Miriam Pace li tilfet ħajjitha fit-traġedja li seħħet ilbieraħ.