Lokali

“Ngħidu x’ngħidu ma nistgħu qatt inġibu lura lil din il-mara omm” – Adrian Delia

“Ngħidu x’ngħidu ma nistgħu qatt inġibu lura lil din il-mara omm”. Kliem il-Kap tal-PN Adrian Delia, mumenti wara li tħabbret il-mewt ta’ Miriam Pace, omm ta’ 55 sena li nqatlet mirduma taħt it-terrapien ta’ darha mġarrfa fil-Ħamrun.

Adrian Delia appella biex tittieħed azzjoni fl-immedjat u kif ukoll fl-istess waqt talab maħfra.

“Il-pajjiż naqaskom bil-kbir.
Aħfrulna. Illum żmien biss it-talb u s-sapport.
Jekk minn għada ma nagħmlu xejn insiru kollha kompliċi”

https://www.facebook.com/1442808799090985/posts/2850762811628903/

Fost l-oħrajn il-Kap tal-PN qal li l-familja Pace tilfet kollox, u li nsterqilha kollox u li dan kollu mhux biss iġib miegħu dispjaċir, iżda wkoll rabja.