B’reazzjoni għat-treġedja tat-tnejn filgħaxija, il-Ministru Ian Borg kiteb status fuq Facebook li xejn ma niżel tajjeb ma dawrk li qrawh kif jixhdu numru kbir ta’ kummenti.

Ian Borg kien il-Ministru responsabbli mill-Avviż Legali li kien ħareġ biex jirregola l-kostruzzjoni wara li is-sena li għaddiet waqgħu tliet binjiet f’temp ta’ ftit ġimgħat.
Bosta sejħu dawn ir-riformi bħala mgħaġġla u li ma kienux se jsolvu l-problema.
Ian Borg kien ħalla f’idejn il-Perit Robert Musumeci biex fassal l-Avviż Legali li daħala fis-seħħ is-sajf li għadda.




