Fl-4 ta’ Marzu, d-dinja tfakkar il-Jum Dinji kontra l-Obeżità. L-obeżità tista’ tkun waħda mirraġunijiet ta’ mard u mwiet bikrija li jistgħu jiġu evitati. L-obeżità tolqot madwar żewġ miljun persuna fid-dinja, u f’pajjiżna wkoll, jeżistu faxex tas-soċjetà li jinsabu f’riskju ikbar meta kkumparat ma’ pajjiżi oħra.
Il-Partit Nazzjonalista kien pijunier fit-tfassil ta’ liġi favur stili ta’ ħajja sana li daħlet fis-seħħ f’Jannar tal-2016.
Fi stqarrija ffirmata minn Ryan Callus Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Ġlieda kontra l-Obeżità, il-Partita Nazzjonalista qal li għaddew erba’ snin, din il-liġi għadha ma ġietx implimentata fit-totalità tagħha, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ikel bnin li jingħata fid-djar talanzjani u fiċ-ċentri ta’ matul il-jum, kif ukoll obbligu fuq il-Kunsilli Lokali sabiex b’mod mandatorju jorganizzaw laqgħat ta’ informazzjoni u attivitajiet ta’ attività fiżika favur stili ta’ ħajja sana.
Il-Partit Nazzjonalista jappella sabiex jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri kollha sabiex ilpolitiċi jkunu l-katalisti għall-bidla favur stili ta’ ħajja sana għall-poplu Malti. L-obeżità jeħtieġ niġġildulha b’aktar eżerċizzju, kif kien propost f’uħud mill-proposti li kien nieda l-Partit Nazzjonalista f’Mejju li għadda. Ewlenin fosthom hija l-introduzzjoni ta’ 30 minuta ta’ attività fiżika kuljum bħala parti mill-ħinijiet uffiċċjali tal-iskola.
L-istqarrija ttemm tgħid li pajjiżna jeħtieġ ukoll aktar spazji miftuħa fejn il-familji tagħha jistgħu jiġru u jilgħabu, u sabiex ħadd ma jibqa’ lura, nemmnu wkoll fil-bżonn ta’ aktar inizjattivi favur l-attività fiżika għall-persuni b’diżabilità.
//= $special ?>