Internazzjonali

Biden fuq quddiem għat-tiġrija kontra Trump

Joe Biden rebaħ tmienja mill-14-il stat li vvutaw biex jagħżlu l-kandidat Demokartiku għall-White House f’dak li jissejjaħ is-Super Tuesday, biex il-kampanja tiegħu issa ħadet spinta ‘l quddiem.

L-eks viċi President għamel rebħiet f’Massachuestts, Minnesota, Oklahoma, Askransas, Alabama, Tennesse, North Carolina u Virginia.

Imma Bernie Sanders huwa maħsub li se jirbaħ California u tlett stati oħra.

Sanders u Biden jinsabu fuq quddiem biex jikkontestaw kontra l-President Donald Trump f’Novembru wara li fost oħrajn, l-Malti Amerikan Pete Buttigieg irtira mit-taqtigħa.