Wara t-traġedja li seħħet aktar kmieni din il-gimgha f’Santa Venera, il-Kunsill ta’ l-MDA, fuq suggeriment tal-President Sandro Chetcuti, iddeċieda li jagħti sinjal simboliku ta’ solidarjeta’ mal-vittma u l-familja tagħha.
Għal dan il-għan, il-membri kollha tal-MDA huma mitluba sabiex għada il-Hamis, il-ġurnata tal-funeral ta’ Miriam Pace, ma jsir l-ebda xogħol ta’ skavar jew twaqqigħ ta’ bini fis-siti kollha ta’ kostruzzjoni fil-pajjiż.
L-MDA qed ittenni s-sogħba tagħha għal din it-traġedja u l-kondoljanzi lill-familja Pace.
//= $special ?>

