Lokali Turiżmu

Il-PN jipproponi sospensjoni tat-taxxa tal-VAT fuq l-akkomodazzjoni

Il-qasam tat-turiżmu matul dawn l-aħħar jiem qiegħed isofri minn sens ta’ inċertezza minħabba l-effetti tax-tixrid tal-COVID-19.

Fi kliem il-PN, dan kollu qiegħed ikompli jiggrava settur li huwa diġà mhedded, minħabba n-nuqqas ta’ pjanar min naħa tal-gvern.

Fi dawl ta’ dan kollu, il-PN qed jipproponi li t-taxxa tal-VAT ta’ 7% fuq kull tip ta’ akkomodazzjoni f’Malta u Għawdex tkun sospiża.

Id-deputat Robert Arrigo fi stqarrija qal illi l-PN jemmen li n-negozji u l-imprendituri tagħna jeħtieġu spalla ta’ għajnuna fi żminijiet ta’ sfida. Dan hekk kif din l-influwenza qed tħarbat mhux ftit l-ivjaġġar madwar id-dinja.