Lokali

Inċident Ħamrun : Erbgħa mill-arrestati jingħataw il-Police Bail

Ritratt: Matthew Tabone

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif minn sitt persuni li ġew arrestati b’rabta mat-traġedja ta’ nhar it-Tnejn, erbgħa minnhom illum ingħataw il-Police Bail.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin, fl-istess waqt li qed issir ukoll inkjesta Maġisterjali.

Is-sitt persuni li ġew arrestati bejn it-Tnejn u t-Tlieta għadhom qed jgħinu b’mod attiv lillPulizija fl-investigazzjonijiet.