Għaqdiet soċjali enfażizzaw l-importanza li f’Malta ma jsirux miżuri li permezz tagħhom jinfetaħ is-suq tal-prostituzzjoni għaliex dan ikun ifisser problema soċjali kbira u żieda fid-domanda għal dawn is-servizzi.
Il-prostituzzjoni u t-traffikar tal-persuni kien diskuss f’laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali li fiha ipparteċipaw numru ta’ rappreżentanti minn għaqdiet li jaħdmu fis-settur soċjali foshtom Dar Hosea u Aditus li ffokaw fuq is-sitwazzjoni reali f’Malta u l-importanza tal-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli.
Dr.Anna Vella minn Dar Hosea, li tilqa’ lil nisa li huma fil-prostituzzjoni biex jingħataw lura d-dinjità lura wara li jkunu tilfuha minħabba l-prostituzzjoni. F’Dar Hosea hemm ukoll klinika u jingħataw servizzi ta’ appoġġ. Hi qalet li hu tajjeb li għad hemm il-konsultazzjoni għaddejja.
Fl-Olanda kien hemm 127 mara prostituta u traffikata li nqatlu mill-klijenti jew mill-pimps tagħhom. Ma kienx hemm Olandiża waħda fit-twieqi fir-Red Light District, qalet Dr.Anna Vella, li spjegat kif kull mara prostituta fid-Red Light District tkun traffikata u tiġġenera madwar €100,000 kull sena lil min jittraffikaha. Naqblu li l-prostituzzjoni ma tkunx kriminalizzata, sostniet Dr.Anna Vella, li kompliet li jirriżulta li n-nisa li jkunu prostituti jingħataw id-droga biex jaħdmu.
Dawn huma nisa vulnerabbli, sostniet Dr.Anna Vella, li qalet li n-nisa ftit jistgħu jieħdu passi kontra l-irġiel li jkunu ħallsuhom għas-sess. Dan għaliex fil-mument li l-prostituta tkun tħallset, ġisimha jkun sar tal-persuna li ħallset. Huma biss bejn wieħed u tlieta fil-mija tan-nisa prostituti li jagħmlu dan ix-xogħol b’għażla tagħhom. Jekk isir is-sess fil-massage parlours, dan ikun trasfromat f’burdell.
Dr.Anna Borg qalet li fil-Ġermanja huma biss 44 mara minn madwar 400,000 prostituta li rreġsitraw; ir-regoalmentazzjoni mgżamilix din is-sitwazzjoni iktar sigura. Il-mudell Nordiku salva l-ħajjiet waqt li fil-mument li l-prostituzzjoni tkun dikriminalizzazzata jkun ifisser li l-pimps jistgħu jiġu Malta u jibdew joperaw. Madwar 90% tal-prostituti għandhom pimp u ma joerpaw b’mod indipendenti.
Hi staqsiet minn fejn se joperaw il-prostituti fil-mument li l-prostituzzjoni tkun dikriminilazzata. Fi Spanja l-prostituti bdew joperaw fl-appartamenti b’konsegwenzi negattivi fuq il-familji li jgħixu fl-istess appartamenti. Ma tistax tissepara l-prostituzzjoni mit-traffikar b’konswegwenza li se jkun hemm żieda fid-domanda. Dan se jwassal biex ikun hemm immigranti fqar li jmorru f’dan is-settur. Malta ma tistax taffrodja din is-sitwazzjoni, sostniet Dr.Anna Borg, li qalet li fil-mudell Nordiku ma jibgħatx dan il-messaġġ billi l-prostituti jingħataw il-poter li jirrapportaw ċertu klijenti.
Mina Tolu, mill-Alternattiva Demokratika, qalet li hu importanti li ssir distinzjoni bejn traffikar tal-persuni u xogħol ta’ sess. Hi taqbel li għandu jkun hemm atteġġjament soċjali u li jkun hemm id-dikriminalizzazzjoni totali tal-persuni involuti fix-xogħol relatat mas-sess, kemm dawk li jaħdmu fit-triq kif ukoll dawk li joperaw online. Il-liġi għandha tkunw aħda li tirrifletti r-realtà.
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li din mhix kwistjoni li għandha ssir bl-għaġġla iżda li l-priorità għandha tkun il-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli biex ikun assigurat li kull azzjoni ma jkollhix konsegwenzi negattivi.
Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar qalet li l-gvern m’għandux l-intenzjoni li jillegalizza l-briedel. Hi sosniet li hemm nisa li jagħżlu li jkunu fil-prostituzzjoni, li ma jinteressahomx li jkun hemm programm kif wieħed joħroġ minn din is-sitwazzjoni. Hemm ukoll nisa li jinsabu fil-prostituzzjoni mhux b’għażla tagħhom. Hi qalet li m’hawnx informazzoni biżżejjed dwar in-numru ta’ nisa li jaħdmu fis-sess. Dwar dan hemm stigma kbira, sostniet Rosianne Cutajar.
Dr.Anna Borg qal li kull fejn il-prostituzzjoni kienet dikriminalizzata din immultiplikat b’numri kbar. Il-prostituzzjoni tibda minn età żgħira wara li l-pimps jidentifikaw tfal vulnerabbli bi problemi soċjali.
Fil-Ġermanja hemm 400,000 prostituta li jagħtu servizz lil miljun raġel kuljum. Minflok protezzjoni, issa l-prostituti qed ikollhom joffru servizzi li qabel ma kienux ituhom minħabba li l-kompetizzjoni qed tikber. Jekk jinfetaħ is-suq tal-prostituzzjoni se jkun hemm żieda fil-mard kaġunat mis-sess. F’Malta li jiri hu li l-prostituti jmorru l-ħabs waqt li l-pimps jevitaw il-ġustizzja.
Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li 97% tal-prostituti jaħdmu kontra r-rieda tagħhom u sostna li jekk isseħħ id-dikriminalizzazzjoni tal-prostituzzjoni, allura l-pajjiż ikun qed jilleġiżla għal tlieta fil-mija.
Għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono, Dr. Anna Vella qalet li hemm problemi wkoll ta’ irġiel involuti f’din l-industrija għalkemm hemm differenza fejn jidħlu it-trans u l-gays minħabba li jista’ jkun hemm vjolenza. Hi spjegat kif hemm anki nisa li jisirqu lill-klijenti.
Uffiċjal tal-GWU qal li kull diskussjoni dwar il-protituzzjoni għandha tħalli barra kull emozzjoni li jista joħloq dan is-suġġett għaliex bħalma jmutu n-neis fil-prostituzzjoni hekk ukoll imutu n-neis fil-kostruzzjoni. B’reazzjoni għal dan il-kumment, id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone qal li dan il-kumment hu insult għan-nisa kollha vittmi li mietu fil-prostituzzjoni.
//= $special ?>