Minkejja li fl-aħħar ħin diversi siti elettroniċi tal-aħbarijiet qalu li se jingħalu l-iskejjel u l-universitajiet fl-Italja, il-Ministru tal-Edukazzjoni Azzolina qalet li d-deċiżjoni mistennija tittieħed fis-sigħat li ġejjin.
Intant ħafna siti qed jirrappurtaw li bħala miżura biex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-virus, l-iskejjel se jinżammu magħluqin sa nofs dan ix-xahar.
Id-direttiva se taffettwa l-iskejjel kollha fuq skala nazzjonali.
Madankollu sa issa jidher li d-deċizjoni mhix waħda uffiċċjali, u l Azzolina qalet li ntalab biss parir tekniku, u li d-deċizjoni uffiċjali tkun magħrufa aktar tard illum.
//= $special ?>