Nhar il-Ħadd 5 ta’ April 2020, is-Soċjeta’ Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa, bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda, ser ittella’ kunċert ta’ mużika sagra bl-isem ‘Anima’ fit-Teatru Manoel.
F’dan il-kunċert ser tieħu sehem il-Filarmonika L-Unjoni, l-Amadeus Chamber Choir u diversi solisti. Il-kunċert ser jinkludi xogħolijiet popolari bħal ‘Trauermarsch’ mis-Sinfonija Numru 5 ta’ Gustav Mahler, is-silta ‘John 1941’ mill-musical ‘Jesus Christ Superstar’ ta’ Andrew Lloyd Weber, ‘Benedictus’ mill-quddiesa ta’ Karl Jenkins bl-isem ‘The Armed Man: A Mass for Peace’ u siltiet mill-film ċelebri ‘Ben Hur’ mill-kompożitur Miklós Rózsa.
Bħal kunċert preċedenti tal-Filarmonika L-Unjoni, ser inkunu nklużi wkoll xogħolijiet Maltin miktuba minn Joseph Abela Scolaro, Charles E. Zammit u Giuseppe Camilleri. Ser isir wkoll il-premier ta’ tlett xogħolijiet ġodda miktuba għal dan il-kunċert minn John David Zammit, Norbert Camilleri u Neil Zammit.
Il-kunċert ser jibda fis-7:00pm u l-banda, flimkien mal-kor u s-solisti, ser ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. John David Zammit. Biljetti jistgħu jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit teatrumanoel.org.mt.