Futbol Sport

Norwich jeliminaw lil Tottenham mill-FA Cup bil-penalties … Man City u Leicester jirbħu

(Ritratt: EPA)

Tottenham Hotspur sfaw eliminati minn Norwich City wara l-għoti tal-penalties biex b’hekk sfuma ċ-ċans l-aktar realistiku li Tottenham jirbħu unur f’dan l-istaġun. Huma kienu fetħu l-iskor fit-13-il minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Jan Verontghen iżda Norwich ġabu d-draw fit-78 minuta permezz ta’ Josip Drmic wara żball tal-gowlkiper Michel Vorm.

Il-logħba kompliet fil-ħin barrani u saħansitra kellha tkun deċiża bil-penalties. Protagonist kien il-gowlkiper ta’ Norwich Tim Krul li salva l-penalties ta’ Erik Lamela, Troy Parott u Gedson Fernandes, b’Eric Dier u Giovani Lo Celso jiskorjaw għal Tottenham. Għal Norwich skorjaw Adam Idah, Marco Stiepermann u Todd Cantwell, b’Kenny McLean ifalli l-ewwel penalty għal Norwich.

Manchester City tħabtu mhux ftit biex eliminaw lit-tim taċ-Championship Sheffield Wednesday 1-0. Il-gowl deċiżiv ġie skorjat mis-solitu Sergio Aguero fit-53 minuta.

Leicester ukoll kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra t-tim taċ-Championship Birmingham City. Ricardo Pereira skorja l-gowl rebbieħ fit-82 minuta b’daqqa ta’ ras għar-rokna.

FA Cup

Kwarti tal-finali: Leicester v Chelsea, Sheffield United v Arsenal, Newcastle v Manchester City, Norwich v Derby/Man United

Tags