Minn nhar il-Ħadd bdiet tintlemaħ qatgħa ċikonji bojod bi tnejn minnhom midruba b’tiri u ieħor b’ċurkett Ġermaniż. B’kollox s’issa ntlemħu erbatax itiru u jduru fuq il-Gżejjer Maltin, b’xeni uniċi.
Iċ-ċikonji ntlemħu fl-inħawi tal-Mosta, Naxxar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Għargħur, Qrendi, Imtarfa, Birkirkara u Ta’ Qali.

Wieħed miċ-ċikonji kellu ferita viżibli f’saqajh u ieħor b’titjir ta’ demm fuq siequ, denbu u żaqqu
Fi stqarrija BirdLife Malta nnutaw li ċ-ċikonja li kellha ċurkett Ġermaniż, kellu fuqu l-iskrizzjoni A1G60 – li tirreferi għal Ipsheim, fil-Bavarja. Dan l-eżerċizzju taċ-ċrieket isir mill-Istitut tal-Imġieba tal-Annimali Max Planck.
BirdLife Malta kompliet tisħaq li dawn huma għasafar protetti waqt li fakkret li l-istaġun tal-kaċċa hija magħluqa u għaldaqstant kull tir li jinstemgħa huwa llegali u għandu jiġi rrapportat minnufih.



