Minn tal-anqas 21 persuna qed isofru ġrieħi wara li ferrovija fi Franza nqalbet.
Skont l-aġenzija tal-ferroviji fi Franza (SNCF) l-inċident jidher li seħħ meta l-ferrovija ma baqgħetx fuq il-binarji tagħha. L-inċident seħħ bejn Strasburgu u Pariġi.
Il-midja Franċiża qed tgħid li x-xufier tal-ferrovija weġġa’ b’feriti gravi, madankollu l-ebda passiġġier ma’ weġġa’ serjament.
L-SNCF qalet li s-servizz tal-ferroviji fil-Grigal ta’ Franza baqa’ jaħdem b’mod normali.
//= $special ?>