Lokali

AĠĠORNATA: L-MDA twaqqaf ix-xogħol ta’ skavar li beda jsir fil-ġurnata li suppost ma sar ebda tħaffir

Dan il-filmat ittieħed fil-ġurnata li l-Assoċjazzjoni tal-Izviluppaturi Maltin (MDA) ordnat li m’għandu jsir ebda xogħol ta’ skavar minħabba t-treġedja li ħadet il-ħajja ta’ Miriam Pace.

Jidher li mhux kull żviluppatur sema’ minn dak li talbet l-MDA u dan ħareġ minn filmat li tella’ fuq il-media soċjali d-Deputat tal-PN Karol Aquilina.

Dan il-filmat ġie meħud dalgħodu stess, f’Santa Luċija f’sit fejn qed isir proġett tal-Gvern.

L-MDA ordnat li ma jsirx xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ b’rispett lejn Miriam Pace u l-familja tagħha hekk kif illum ser tingħata l-aħħar tislima fis-2PM.

Fl-aħħar ħinijiet, bosta kkuntatjaw lil dan is-sit fejn ikkonfermaw li f’bosta siti dan ix-xogħol baqa’ għaddejn b’mod normali.

Kien għalekk illi tkellimna mal-MDA li ħabbret li kif rat dan waqqfet kull xogħol li kien qed isir minn membri tagħha fil-ġurnata fejn kien ordnat li ma jsir ebda skavar.

L-MDA stqarret magħna li kull membru twaqqaf, iżda dawk li mhux membri ser ikunu qed jiġu mitkellma biex jipruvaw iwaqqfuhom ukoll.