Raġel qiegħed isofri feriti gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fil-Belt Valletta, fiż-żona magħrufa bħala ta’ Taħt iż-Żiemel fejn hemm il-Monument tal-Qanpiena tal-Assedju l-Kbir.
Il-pulizija qalu lil Net News li r-raġel waqa’ sular u nofs hekk kif kien qiegħed jaħdem fuq binja privata.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-1tal-Ħamis filgħodu u fuq il-post mar minnufih tim mediku u membri tal-protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-ewwel għajnuna. Il-ħidma tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienet deskritta bħala strumentali hekk kif il-post fejn weġġa’ r-raġel kien fuq il-blat.
Wara din il-ħidma membri mediċi ħadu lill-vittma lejn l-isptar Mater Dei fejn hemmhekk ġie ċċertfikat li qed isofri feriti gravi.
Il-pulizija tad-distrett għadha qed tinvestiga dan l-inċident.
//= $special ?>