Lokali

Feruta gavi wara ħabta ma’ trailer

Sewwieqa ta’ karozza ddaħħlet l-isptar Mater Dei wara li ġarrbet ġrieħi serji f’ħabta head-on ma’ trailer fil-Manikata.

Xhieda fil-post spjegaw li l-mara li kienet issuq fid-direzzjoni lejn Għajn Tuffiefa kienet involuta f’ħabta ma’ trailer li kien qiegħed jinstaq fid-direzzjoni opposta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm.

Jidher illi d-daqqa tant kienet kbira li parti mill-karozza baqgħet imwaħħla mat-trailer u l-karozza tkaxkret għal diversi metri.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.