Kummerċ Lokali

Għandu jinħoloq fond ta’ emerġenza biex iħares in-negozji – il-Kamra tal-Kummerċ

Waqt laqgħa tal-MCESD li seħħet dalgħodu, il-Kamra tal-Kummerċ esprimiet it-tħassib tagħha għall-komunità kummerċjali fid-dawl tat-theddida li qed iġib miegħu l-Coronavirus. Sitwazzjoni li qed tħalli impatt fuq is-swieq mhux biss lokali, iżda wkoll dawk internazzjonali hekk kif miegħu dan il-virus ġab inċertezza fil-ħidma ta’ kull kummerċ.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb qal li l-Kamra flimkien mal-Organizzazzjonijiet oħra ta’ min iħaddem l-oħra, ipproponew it-twaqqif ta’ fond ta’ emerġenza biex isostni u jissalvagwardja negozji li jistgħu jesperjenzaw sfidi fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Huma qalu li jekk is-sitwazzjoni ma tiġix trattata b’mod xieraq u effiċjenti, tista’ thedded partijiet mill-ekonomija, u twassal għal bosta problemi f’numru ta’ setturi.