Lokali

Ian Borg kien qal…“aħjar uff milli ahh”

Hekk kien qal Ian Borg f'Ottubru 2019 meta kien qiegħed jitkellem fuq ir-riforma

Dan kien kliem il-Ministru Ian Borg wara li waqgħu tliet binjiet biswit siti ta’ kostruzzjoni …u wara li kien xpruna is-suppost riforma tal-bini u l-kostruzzjoni f’forma ta’ avviż legali.

Permezz ta’ messagg fuq Facebook, Ian Borg kien ftaħar li “Kellu jkun dan il-Gvern li jirregola s-settur tal-kostruzzjoni kif xieraq.”

Izda fir-realta’, bosta kienu dawk li saħqu li din kienet riforma mgħaġla…. u aktar entitajiet ikkonfermaw dan meta t-Tnejn li għadda tilfet ħajjitha traġikament Miriam Pace meta waqgħet ir-residenza tagħha li biswita kien qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni.

Waqt il-program Net Live, aktar personalitajiet komplew jikkonfermaw li dan l-avviż legali kellu nuqqasijiet kbar…

Jikkummenta il-Professur Andrew Azzopardi – Dekan fl-Università ta’ Malta

Tikkumenta Astrid Vella mill-ghaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar

F’Net Live ippartecipa wkoll il-Perit Edgar Rossignaud.

Fil-passat, il-Ministru Ian Borg kien stqarr li l-Building Regulation Office għandhom nuqqas ta’ riżorsi umani għall-ammont ta’ bini li ghaddej f’Malta…. iżda sal-lum il-Gvern għadu m’għamel xejn dwar dan.