Lokali

Il-Prim Ministru jibqa’ jiddefendi lil Ian Borg

F’kummenti li għadda ftit tal-minuti ilu qabel daħal Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jirrifjuta li jikkundanna lill-Ministru Ian Borg f’turija ċara li ħadd mhu se jerfa’ r-responsabbiltà politiku ta’ dak li seħħ din il-ġimgħa fil-Ħamrun.

Il-bieraħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal illi huwa inutli li l-Gvern iwaħħal f’kulħadd ħlief jerfa’ r-responsabbiltà hu.

“Ejja nibdew billi tintrefa r-responsabbiltà politika minnufih mill-Ministru Ian Borg. Ejjew nibdew minnifih bl-infurzar tal-liġi llum u mhux wara r-rakkomandazzjonijiet iżda minnufih, il-poplu jeħtieġ u jesiġi li jkun hemm l-infurzar minnufih”.

Ritratt: Matthew Tabone