Rugby Sport

Ingilterra kontra Italja posposta minħabba l-Coronavirus

Numru ta' avvenimenti sportivi affettwati minħabba l-Coronavirus (Ritratt: EPA)

Il-partita mis-Six Naztions bejn l-Ingilterra u l-Italja li kienet se tintlagħab f’Ruma l-ġimgħa d-dieħla ġiet posposta minħabba l-Coronavirus. Il-partita kienet se tintlagħab wara bibien magħluqa wara li l-Gvern Taljan ħa d-deċiżjoni li kull avveniment sportiv isir bil-bibien magħluqa biex jitnaqqas r-riskju li jkompli jinxtered dan il-virus fejn s’issa fl-Italja mietu aktar minn 100 persuna kaġun ta’ dan il-virus. L-organizzaturi kien diġa ħassru l-partita bejn l-Irlanda u l-Italja li kellha tintlagħab is-Sibt li għadda.

Valencia kontra Atalanta affettwata ukoll

Intant il-partita bejn Atalanta u Valencia mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League li se tintlagħab fi Spanja se tintlagħab wara bibien magħluqa ukoll wara ordni mill-Ministeru tas-Saħħa fi Spanja.