Futbol Sport

It-tim Malti jikseb l-ewwel rebħa fi Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew

(Ritratt: Joe Borg)

MALTA………………………………….2

GEORGIA………………………………1


Malta: J. Xuereb, A.M. Said, E. Lipman, S. Farrugia, D. Theuma, R. Cuschieri, M. Farrugia (M. Borg 92′), J. Flask, C. Zammit, B. Borg, H. Bugeja (E. Xuereb 88′)

Georgia: T. Sukhashvili, N. Pasikashvili, T. Mateveeva, L. Chichinadze, K. Tchkonia, T. Tatuashvili, T. Kvelidze (G.Kadagishvili 66′), N.Sutidze, T.Bakradze (A. Cheminava 57′), T. Todadze, E.Raukh

Referee: Araksya Saribekyan (Armenja)

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fi Grupp B mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA EURO 2021. RACHEL CUSCHIERI tefgħat lill-Maltin fil-vantaġġ fit-18-il minuta wara xogħol tajjeb ta’ Hayley Bugeja mix-xellug.

Wara biss 50 sekonda mit-tieni taqsima HAYLEY BUGEJA għamlithom 2-0 b’ħarba personali wara li rebħet il-ballun minn kważi nofs il-grawnd. Nuqqas ta’ konċentrazzjoni mid-difiża Maltija wasslet għal gowl tal-Georgia fis-75 minuta permezz ta’ TCHKONIA. Il-Maltin bqagħu jiddefendu tajjeb sat-tmiem u assiguraw mill-ewwel tliet punti.