Futbol Sport

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa fl-azzjoni llum kontra l-Georgia

(Ritratt: Joe Borg)

Illum it-tim nazzjonali Malti jkun fl-azzjoni kontra l-Georgia, f’logħba mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. In-nisa Maltin jilagħbu imbagħad it-Tlieta li ġej kontra l-Bożnija, żewġ logħbiet li jintlagħbu fis-Centenary Stadium fis-6.30pm.

Il-plejers Maltin jittamaw f’riżultat pożittiv li jkompli jibnihom b’kuraġġ biex ikompli l-progress li sar fl-aħħar xhur. Fl-aħħar xhur, it-tim Malti kiseb draw ta’ 1-1 kontra l-Iżrael f’partita kompetittiva u wara t-telfa diffiċli kontra l-Italja, f’Jannar spiċċaw 2-2 kontra l-Iżvizzera u tilfu 2-1 kontra t-Turkija f’żewġ logħbiet ta’ ħbiberija.

F’kummenti lis-sit uffiċjali tal-MFA, il-kowċ nazzjonali Mark Gatt qal li l-aħħar żewġ logħbiet kienu importanti għalihom minħabba l-kwalità tal-avversarju tal-lum. Hu jemmen li din hi logħba li t-tim jista’ jikseb xi ħaġa filwaqt li jaspira li jkun aktar attiv bil-ballun għalkemm xorta jridu joqogħdu attenti.

Skwadra finali

Gowlkipers: Janice Xuereb (Birkirkara), Jodie Attard (Raiders Għargħur), Patricia Ebejer (Mġarr United)

Difensuri: Stephania Farrugia (Birkirkara), Ann-Marie Said (Birkirkara), Alishia Sultana (Birkirkara), Emma Lipman (Florentia San Gimignano), Charlene Zammit (Swieqi United)

Midfielders: Gabriella Zahra (Birkirkara), Veronique Mifsud (Birkirkara), Rachel Cuschieri (PSV Vrouwen), Jade Flask (Swieqi United), Dorianne Theuma (Swieqi United), Emma Xuereb (Swieqi United), Roxanne Micallef (Mġarr United), Claudette Xuereb (Mġarr United)

Attakkanti: Brenda Borg (Mġarr United), Maria Farrugia (Sunderland Ladies), Haley Bugeja (Mġarr United), Martina Borg (Sassari Torres)

Logħob li jmiss

Illum: Bożnija v Iżrael 2.30pm, Malta v Georgia 6.30pm

Klassifika

Italja 18-il punt minn 6 logħbiet, Danimarka 15-il punt minn 5 logħbiet, Bożnija 9 punti minn 5 logħbiet, Iżrael punt minn 4 logħbiet, Malta punt minn ħames logħbiet, Georgia 0 punti minn 5 logħbiet