Lokali

Ivan Camilleri bi protest ġudizzjarju kontra t-Times of Malta

Il-ġurnalist Ivan Camilleri ssottometta fil-Qorti wieħed minn numru ta’ proċeduri legali kontra Allied Newspapers, il-kumpanija li hija s-sid ta’ The Times of Malta.

Camilleri qal li hu se jkun qed jisfida l-mod “illegali u irregolari” li bih tkeċċa mit-Times.

Huwa kien tkeċċa minn Allied Newspapers wara li artiklu fuq MaltaToday kien jgħid li Camilleri kien ikkomunika ma’ Yorgen Fenech dwar allegata tip-off lejliet meta Fenech ipprova jaħrab mix-xatt ta’ Portomaso.

Camilleri kien ċaħad l-allegazzjonijiet li hu kien ikkomunika ma’ Yorgen Fenech.