Internazzjonali Saħħa

L-ewwel vittma tal-Coronavirus fir-Renju Unit

Pazjenta f’Berkshire saret l-ewwel persuna fir-Renju Unit li mietet kawża tal-coronavirus. 

Il-pazjenta anzjana ddaħlet l-Isptar ta’ Royal Berkshire NHS Trust ilbieraħ filgħaxija fejn wara testijiet li saru, ittestjat pożittiva għall-COVID-19.

L-anzjana kienet preċedentament dieħla u ħierġa l-isptar għal raġunijet oħra ta’ saħħa.