Formula 1 Sport

L-FIA bi tweġiba għall-ittra mibgħuta mis-seba’ timijiet tal-Formula 1

Dan l-istaġun il-Ferrari jittamaw li jkunu ta' sfida għal Mercedes (Ritratt: EPA)

L-Assoċjazzjoni tal-Formula 1, l-FIA f’risposta għall-ittra li rċiviet mingħand seba’ timijiet tal-F1 wieġbet li l-karozza tal-Ferrari mhux dejjem kienet qiegħda skond ir-regoli iżda ma kelliex biżżejjed evidenza dwar il-każ. Illum l-FIA ħarġet iżjed informazzjoni biex tikjarifika s-sitwazzjoni fejn qalet li kienet laħqet ftehim mal-Ferrari dwar dan biex il-każ ma jiħux fit-tul u r-rapport maħruġ ma jkunx inkonklussiv.

Il-ftehim li nħareġ fil-pubbliku fl-aħħar ġurnata tat-testijiet li saru fi Spanja qajjem rabja fost it-timijiet li m’għandhomx il-magna tagħhom Ferrari u urew dan fi stqarrija ppublikata l-Erbgħa ffirmata minn seba’ timijiet tal-Formula 1. Il-Kampjonat tal-Formula 1 mistenni jibda fil-15 ta’ Marzu bil-Grand Prix tal-Awstralja bit-tim ta’ Ferrari mistenni jkun wieħed mill-kompetituri ewlenin għar-rebħ tat-titlu.