Futbol Sport

Manchester United jikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali tal-FA Cup

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar logħhba mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-FA Cup, Manchester United għelbu lil Derby County 3-0. F’din il-partita għal Derby kien qiegħed jilgħab l-eks plejer ta’ Manchester United Wayne Rooney li ngħaqad magħhom mingħand D.C United tal-Istati Uniti f’Jannar li għadda.

Manchester United bdew tajjeb u kellhom ħafna mill-pussess kmieni fil-partita. Derby wettqu reazzjoni u ħolqu xi azzjonijiet perikolużi kmieni fil-partita. Għal din il-partita Manchester United kellhom nieqes lid-difensur Harry Maguire li jinsab mweġġa’. It-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer mar fil-vantaġġ fit-33 minuta permezz ta’ Luke Shaw wara li x-xutt ta’ Bruno Fernandes kien devjat u ġie f’saqajn Shaw li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Roos.

Ir-Red Devils komplew ikunu perikolużi u kien fil-41 minuta li Odion Ighalo għamilhom 2-0 wara xogħol tajjeb ta’ Luke Shaw.  Fit-tieni taqsima Machester United komplew fejn ħallew u mill-ġdid kien Odion Ighalo li fis-70 minuta b’xutt b’saħħtu ssiġilla r-rebħa, wara lil l-ewwel tentattiv tiegħu kien imblukkat . Lejn tmiem il-partita l-eks tal-partita Wayne Rooney resaq qrib li jiskorja bi freekick tajjeb li ġie salvat minn Sergio Romero.

FA CUP

Rawnd tal-Aħħar 16: It-Tnejn: Portsmouth v Arsenal 0-2, It-Tlieta: Chelsea v Liverpool 2-0, Reading v Shef. United  1-2, WBA v Newcastle  2-3, L-Erbgħa: Leicester v Birmingham  1-0, S. Wednesday v Man City  0-1, Tottenham v Norwich    (pen.) 3-4, Ilbieraħ:Derby v Man United 0-3

Kwarti tal-Finali: Leicester v Chelsea, Shef. United v Arsenal, Newcastle v Man City, Norwich v Man Utd