Lokali

Mara ssofri ġrieħi serji f’ħabta fix-Xemxija

Mara ta’ 69 sena mis-Swieqi sofriet ġrieħi serji f’ħabta li seħħet illum wara nofsinhar fix-Xemxija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:20pm fi Triq Għajn Tuffieħa.

Fuq il-post marru l-Pulizija fejn sabu li seħħ impatt bejn vettura Peugeot 208 misjuqa mill-mara u trailer tal-għamla Iveco misjuqa minn ġuvni ta’ 21 sena miż-Żurrieq.

Kawża tal-impatt il-mara inqabdet fil-vettura tagħha.

Għaldaqstant fuq il-post intalbet lassistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex tinħareġ il-mara. Il-mara imbgħad ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet ċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Kawża tal-inċident, it-triq kellha tingħalaq miż-żewġ naħat.

Il-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra qed jinvestigaw dan l-inċident.