Lokali Qorti

Miċħud appell minn kumpanija wara kontestazzjoni fuq is-servizz bil-baħar bejn Malta u Kemmuna

Il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi ċaħad talba, li fiha kienet ġiet ikkontestata l-għotja ta’ konċessjoni biex jitħaddem servizz bil-baħar għal Kemmuna minn operatur wieħed.

Clyde Muscat tal-kumpanija Blue Lagoon Ferry Co-op Ltd, Lawrence Azzopardi u Ian Azzopardi kienu ippreżentaw appell mal-Bord wara li rċevew avviż minn naħa ta’ Transport Malta li l-operaturi l-oħra kollha preżenti ma jistgħux jiġu awtoriżżati li jipprovdu servizz bil-baħar fuq ir-rotta, biex effettivament jiġi limitat is-servizz minn naħa ta’ fuq ta’ Malta għal Kemmuna għal operatur wieħed biss.

L-operatur, Comino Ferries Coop – intrapriża konġunta magħmula minn erba’ operaturi, li issa għandha d-drittijiet esklussivi għal 15-il sena biex tipprovdi servizz bi skeda għall-passiġġieri bil-baħar bejn iż-żona kostali li tkopri l-mollijiet fin-nofsinhar ta għal Marfa u l-faċilitajiet tal-ħatt fil-postijiet tal-Blue Lagoon u l-bajja ta’ Santa Marija f’Kemuna.

Il-kumpanija Comino Ferries Coop kienet irilaxxat stqarrija fejn spjegat li fil-fatt hija kienet l-unika operatur li applikat għat-tender, maħruġa minn Transport Malta f’Lulju li għadda, għal entità waħda biex tmexxi s-servizz tal-ferry mill-Marfa għaċ-Ċirkewwa.

Fid-deċiżjoni mogħtija, iċ-Chairman Anthony Cassar u l-members tal-Bord Lawrence Ancilleri u Carmel Esposito deċidew li l-kuntratt, li ta l-konċessjoni għadu validu u effettiv.

Ġie nnutat, għal kuntrarju għall-argumenti li kienu qegħdin jinġiebu, qabel l-avviż tal-kuntratt, kien ġie pubblikat mill-ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fid-29 ta’ Mejju li għadda u fuq il-Pjattaform Pubblika u fit-2 ta’ Awwissu, 2019.

Il-Bord qal li jinsab imnikket u sorpriż b’dak li talbu l-appellanti fejn qalu li huma ġew preġudikati minħabba nuqqas ta’ nformazzjoni fil-pubblikazzjioni għat-talbiet u l-proposti li saru, wara li ttieħedet kunsiderazzjoni tal-fatt li l-appellanti kienu talbu xi kjarifiki waqt il-proċess. Għalhekk dan ifisser li kienu ‘konxji sew’ dwar l-eżistenza tal-kuntratt.

Kien ukoll ikkonfermat li ‘l-proċedura kollha maħruġa u li ħarġet mill-Awtorità tal-Kuntratti kien b’konformità totali mal-proviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni domestika u dik tal-Unjoni Ewropea.

L-Avukati Jonathan Mintoff u Larry Formosa deheru għall-appellanti, filwaqt li l-Avukat Mark Simiana deher għan-nom Comino Ferries Co-op Ltd. L-Avukat Shazoo Ghaznavi deher bħala rappreċentant legali ta’ Transport Malta.