Gowl ħames minuti mit-tmiem ta rebħa importanti lil Qormi Daikin fid-dwell dirett kontra Gree Hotsticks. Din ir-rebħa poġġiethom sitt punti fuq l-eqreb rivali għalkem Hotsticks għandhom logħba nieqsa. Kien Steve Portelli li minn azzjoni ta’ short corner iddeċieda logħba bilanċjata li ntlagħbet fi spirtu sportiv u kkontrollata tajba minn James Mizzi u Nathan Galea. Iż-żewġ gowlkiper Shamison Mifsud ta’ Qormi u Emile Borg ta’ Hotsticks, kienu fost il-protagonisti. Determinanti għal Hotsticks kien il-fatt li ma sarrfux numru ta’ short corners f’gowls.
F’logħba oħra, Floriana Young Stars għelbu lil White Hart 2-0. Kyle Micallef fetaħ l-iskor, b’Alex Bolton kien ħaseb li skorja minn penalty fl-aħħar minuti tal-ewwel taqsima, iżda l-gowl tħassar. Deemer Rapinett issiġilla r-rebħa għat-tim Furjaniż, bl-umpires tal-logħba kienu Paul Brincat u Shane Lovett.
Klassifika: Qormi Daikin 14-il punt minn 7 logħbiet, Gree Hotsticks 8 punti minn 6 logħbiet, Floriana Young Stars 7 punti minn 6 logħbiet, White Hart 3 punti minn 7 logħbiet, Rabat 0 punti minn 6 logħbiet
L-aqwa skorers: Keith Bajada (Qormi) 7 gowls, Luke Bajada (Qormi) 4 gowls, Luca Runza (Hotsticks) 4 gowls
Logħob li jmiss: Kumpless Hockey Kordin – Il-Ħadd – Gree Hotsticks v Rabat 9.00am, Qormi v Floriana Young Stars 11.00am
//= $special ?>