L-eks plejer ta’ Barcelona u Milan fost l-oħrajn jinsab taħt investigazzjoni wara li allegatament inqabad b’passaport falz fil-Paragwaj. Il-Ministru tal-Intern tal-Paragwaj Euclides Acevedo kkonferma li Ronaldinho u ħuh jinsabu taħt investigazzjoni ġudizzjarja u għad iridu jixhdu dwar dan qabel ma tittieħed deċiżjoni jekk jiġux arrestati. Skond rapporti fil-midja internazzjonali, raġel li kien qiegħed jivvjaġġa magħhom kien arrestat u hu mifhum li Ronaldinho u ħuh ġew ingannati minnu.
//= $special ?>