Lokali Qorti

Seba’ xhur ħabs fuq serq minn supermarket

Bulgaru ta’ 32 sena ġie kkundannat seba’ xhur ħabs wara li ammetta akkużi ta’ serq aggravat minn supermarket magħruf u li għex ħajja ta’ għażż u vagabuntaġġ.

Evgeniy Petrov ammetta li seraq minn supermarket li miegħu għandu kumpless ta’ ħwienet f’Ħal-Qortmi fis-27 ta’ Frar li għadda għall-ħabta tal-4:30am. Is-serq kien aggravat minħabba l-ħin li saret is-serqa u l-ammont. Huwa ammetta wkoll li sar reċediv.

Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, r-raġel ammetta l-akkużi kollha miġjubin kontrih għal darba darbtejn. Il-Qorti fis-sentenza tagħha kkunsidrat il-fatt li Petrov ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri. L-Avukat Martin Fenech deher bħala avukat tal-għajnuna legali għal Petrov filwaqt li l-Ispettur Kylie Borg mexxiet il-Prosekuzzjoni..