Futbol Sport

Andrea Debrincat ta’ Kerċem rebbieħ tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar

Il-plejer ta' Kerċem preżentat bl-unur tal- Plejer tax-Xahar għal Jannar

Andrea Debrincat ta’ Kerċem Ajax  huwa r-rebbieħ tal-GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar. Debrincat beda il-karriera tiegħu ma’ Oratory Youths, fejn rnexxielu jirbaħ kull unur fil-kategorija tal-youths. Debrincat qatta’ żewġ staġuni ma’ Victoria Hotspurs fejn mar-Rabtin rebaħ żewġ kampjonati konsekuttivi.

Fl-istaġun 2018/19 l-attakkant ta’ 24 sena ngħaqad ma’ Kerċem Ajax u qiegħed juri l-kapaċitajiet tiegħu bħala wieħed mill-aqwa attakkanti tal-Kampjonat Għawdxi. F’Jannar Kerċem kisbu żewġ rebħiet importanti biex jinqalgħu miż-żona tar-relegazzjoni. Debrincat kien strumentali fil-partita kontra Għajnsielem meta skorja żewġ gowls fir-rebħa ta’ 3-2. Hu kellu wkoll prestazzjoni pożittiva fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Xgħajra u skurja gowl fit-telfa kontra Victoria Hotspurs.

Andrea Debrincat ġie ppreżentat bl-unur BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar minn Horace Laudi, Uffiċjal Kap fil-BOV. Il-plejer għażel biex jagħti d-donazzjoni assoċċjata mal-unur lill-Fondazzjoni Arka.