Lokali

“F’Malta is-saltna tal-familja u l-ħbieb hija aktar b’saħħitha mis-saltna tad-dritt” – Evarist Bartolo

“F’Malta is-saltna tal-familja u l-ħbieb hija aktar b’saħħitha mis-saltna tad-dritt”.

Ammissjoni xokkanti mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo waqt intervista ma’ Tim Sebastian fil-programm Conflict Zone fuq Deutsche Welle.

“F’soċjetà żgħira, ir-relazzjonijiet personali huma aktar b’saħħithom minn dawk tal-istituzzjonijiet”

Bartolo kien qed iwieġeb mistoqsija tal-preżentatur dwar il-fatt li l-OCCRP (li tat l-award għall korruzzjoni u l kriminalità lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat) u watchdogs oħra internazzjanali kienu konxju li l-korruzzjoni u l-kriminalità kienu qed jiffjorixxu taħt it-tmexxija ta Joseph Muscat, b’tali mod li nħolqot klima li wasslet għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Sebastian jgħid lil Evartost Bartolo li bilfors li la kienu jafu entitajiet internazzjonali, hu kien jaf ukoll, b’Bartolo iwieġeb “mhux għal kollox”.

Tul l-intervista, Evarist Bartolo jinsisti li hu kien ilu minn mindu tfaċċa l-iskandlu tal-Panama Papers jipprova jdawwar ir-rotta tal-Gvern. Izda Sebastian fakkru li meta ġieh iċ-ċans li jivvota kontra Konrad Mizzi fil-vot ta’ sfiduċja, hu naqas milli jagħmel dan.

Tim Sebastian ifakkru li saħansitra l-Prim Imħallef Emeritu Silvio Camilleri kien wissa li pajjiżna kien riesaq lejn saltna tal-kriminalità.

Bartolo jwieġeb li kien biss reċentment li ndunaw bl-affarijiet li kienu qed jiġru.

Huwa hawn li l-preżentatur jallega li Bartolo kien jaf aktar minn hekk, iżda Bartolo jgħid li ma jistax isemmi ismijiet.

Il-preżentatur isemmi kwetstjonijiet oħra kontroversajli fosthom in-nuqqas ta’ libertà tal-espressjoni, il-kuntratt ta’ konsulenza li ngħata Konrad Mizzi wara li rreżenja minn Ministru u l-hate groups sigrieti Laburisti li ċċelebraw l-assassinju ta Daphne Caruana Galizia hekk kif ħarġet l-aħbar, b’Bartolo evidentement skomdu jitkellem dwar dan kollu.