Futbol Sport

Hodgson iġedded il-kuntratt ma’ Crystal Palace b’sena

(Ritratt: EPA)

Il-manager ta’ Crystal Palace Roy Hodgson ġedded il-kuntratt b’sena biex b’hekk se jibqa’ mal-klabb sa tmiem l-istaġun li jmiss. Hodgson li għandu 72 sena, mexxa lit-tim tiegħu sal-11 u t-12-il post fl-aħħar żewġ staġuni, bil-klabb jinsab fit-12-il post qabel il-logħba tal-lum kontra Watford.

“Ninsab kuntent li jien u l-klabb ilħaqna ftehim biex inġeddu l-kuntratt. Ninsab kburi b’dak li ksibna meta nħtart sentejn u nofs ilu u nħares b’ottimiżmu li nkomplu naħdmu flimkien. Kulħadd jaf kien inħossni dwar il-klabb li segwejt bħala tifel, inħoss rabta speċjali mal-partitarji u naf li jien, is-sidien u l-plejers qed naħdmu flimkien biex nilħqu l-istess għan.”

Iċ-chairman ta’ Crystal Palace Steve Parish ammetta li jinsab kuntent li Hodgson se jibqa’ mal-klabb għal perjodu itwal. Hu qal li dan il-ftehim isaħħaħ l-impenn tagħhom biex itawlu l-perjodu bla preċedent tal-klabb fl-ogħla diviżjoni tal-Ingilterra.