Lokali

Il-Gvern jibqa’ jiddefendi lil Ian Borg wara t-traġedja tat-Tnejn

Għal darboħra, il-Gvern Malti jibqa’ jinsistli li m’għandux responsabbiltà politika xi jġorr wara l-qtil ta’ Miriam Pace taħt it-terrapien ta’ darha stess.

Għal darboħra Ministri tal-Gvern jiddefendu lil Ian Borg minkejja li anke l-Kamra tal-Periti kritikat bil-qawwa l-apatija tal-Gvern li, 9 xhur wara li kienu ressqu proposti konkreti ghas-settur, baqa’ ma tax każ id-dokument tagħhom dwar ir-riformi neċessarji fil-qasam tal-kostruzzjoni.

Ministru ieħor li baqa’ jiddefendi lill-Ministru Ian Borg wara t-traġedja tat-Tnejn kien dak tal-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis.

Net News staqsieh jekk Borg, li kien il-ministru responsabbli mill-infrastruttura u l-iżvilupp sa ftit ġimgħat ilu, għandux jerfa’ r-responsabbiltà.

“JIENA MA NAĦSIBX LI IAN BORG GĦANDU JWARRAB. IL-GVERN ĦA AZZJONI. HEMM INVESTIGAZZJONIJIET GĦADDEJJIN. HEMM KUMITAT TEKNIKU LI SE JAGĦMEL IX-XOGĦOL. SE NAGĦMLU DAK KOLLU POSSIBBLI BIEX DAK LI ĠARA NHAR IT-TNEJN MA JERĠAX JIĠRI

Staqsejnih kif jista’ jgħid hekk meta Ian Borg kien responsabbli minn dawn ir-riformi, iżda hu qalilna biss li Ian Borg għamel Legal Notice fl-2019.

Jidher li l-Gvern għaldarboħra qed jinħeba wara l-investigazzjonijiet biex jaħrab milli jieħu fuqu r-responsabbiltà ta’ dak li ġara.

“ARA L-EWWEL ĦAĠA GĦADNA FI STADJU TA’ INVESTIGAZZJONIJIET. HEMM INKJESTA MAĠSTERJALI. HEMM IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA U L-PULIZIJA LI QEGĦDIN JAGĦMLU INVESTIGAZZJONI INDIPENDENTI. HEMM KUMITAT TEKNIKU LI QED JAGĦRBEL KOLLOX. MHUX IL-LEGAL NOTICE

Imma dwar ir-responsabbiltà politika, baqa’ ma weġibx.

Ministru ieħor li farfar kien Owen Bonnici, responsabbli mill-Edukazzjoni li qalilna li r-responsabbiltà trid tinġarr minn min kiser il-liġi u ma mexiex skont il-liġi.

Madankollu għal Owen Bonnici, għal Edward Zammit Lewis u saħansitra għall-Prim Ministru innifsu, ħadd mill-Gvern m’għandu responsabbiltà xi jġorr dwar dak li seħħ dil-ġimgħa.