Lokali

Il-Gvern ma jsibx post għal mara waħda fuq il-Bord il-ġdid tal-Ippjanar

L-Awtorita' tal-Ippjanar

Il-Gvern ħabbar il-Bord il-ġdid tal-Ippjanar, iżda ma sabx post għal imqar mara waħda fuq l-istess Bord. Il-persuni eletti fuq il-Bord tħabbar permezz ta’ avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, ironikament jumejn biss qabel Jum il-Mara, u ftit sigħat biss wara li rapport tal-Eurostat qal li pajjiżna hu fost l-aktar pajjiżi bl-anqas nisa f’pożizzjonijiet ta’ awtorità.

Filfatt l-unika rappreżentanta mara fuq il-Bord hija dik maħtura mill-NGOs, Annick Bonello Cassar, li diġa kienet fuq dan il-Bord.

Konfermati fuq il-Bord minbarra Bonello Cassar, hemm Duncan Mifsud, Victor Axiaq, u ċ-Chairperson Vincent Cassar.

Il-Membri eletti l-ġodda huma Martin Camilleri, Gilmour Camilleri, Saviour Debono Grech, Omar Vella, Chris Cilia, Sean Mangion u Nigel Grech.

Ikkummenta