Lokali Saħħa

L-Assoċjazzjoni Medika u l-UĦM issejħu bla bażi xjentifika l-istqarrija li l-MSC Opera ma kien se jippreżenta l-ebda riskju

B’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Gvern li l-vapur MSC Opera ma jitħalliex jidħol f’pajjizna,  l-Assoċċjazzjoni Medika Maltija u l-UĦM Voice of the Workers filwaqt li nnutaw b’sodisfazzjon din id-deċiżjoni, qalu li d-dħul tal-vapur ma kellha qatt tiġi kkunsidrata, li kien ikun aħjar kieku l-projbizzjoni tad-dħul kienet itwal minn ġurnata waħda.

L-istqarrija qalet ukoll li l-unions kienu sorpriżi li l-istqarrija ħarġet mill-Gvern u mhux  mill-uffiċju tas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika u qalet li l-esperti mediċi jaqblu mas-supretendent li jeħtieġ ikunu evitati riskji bla bżonn, bħal ma kien se jkun il-każ kieku dal-vapur tħalla jidħol u l-passiġġieri tħallew jiżbarkaw.

Huma qalu wkoll li l-istqarrija tal-Gvern li l-vapur ma jippreżentax riskji għall poplu Malta m’għandha l-ebda bażi xjentifka u tixhed irresponsabbiltà kbira bla preċedent.